Matul il-lejl il-bastiment Sea Watch iċċaqlaq lejn iz-zona tas-Sikka l-Bajda ‘l barra mill-Mellieħa hekk kif fl-aħħar sigħat riħ qawwi beda jaħkem il-gżejjer Maltin mil-Lbiċ.
Kif jindika r-ritratt hawn fuq meħud mis-sit Marine Traffic, is-Sea Watch issa jinsab fin-naħa tal-Lvant ta’ Malta, bil-Gvern jgħid biss li “għadhom għaddejin id-diskussjonijiet”.
49 immigrant ilhom 19-il jum bejn sema u ilma jistennew port fejn jistgħu jitrakkaw.
Diġa’ hemm 3 pajjiżi Ewropej li lesti jieħdu lil dawn l-immigranti.
//= $special ?>