Lokali

Jinqaleb bit-trakk f’San Ġiljan

Għall-ħabta tas-1.00 ta’ wara nofsinhar, inqaleb trakk fi Triq ix-Xatt, San Ġiljan.

It-trakk tat-tip Isuzu Elf kien misjuq minn raġel ta’ 34 sena minn Birkirkara, li għal xi ħin inqabad fit-trakk.

Fuq il-post waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lir-raġel minn ġot-trakk. Ambulanza li wkoll issejħet fuq il-post ħadet li r-raġel l-isptar Mater Dei fejn qed jingħata l-kura għall-ġrieħi li ġarrab.

Għad mhux magħrufa l-kundizzjoni tar-raġel.