Lokali

AĠĠORNATA: Barrani jmut f’sit ta’ kostruzzjoni

Dalgħodu għall-ħabta tas-6.50am il-pulizija ġiet infurmata li f’sit ta’
kostruzzjoni fi Triq Dragunara, San Ġiljan kien instab persuna bla ħajja.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari
illi sar irriżulta li raġel x’aktarx barrani u li l-identita` tiegħu għadha mhux magħrufa
x’aktarx waqa` għoli ta’ madwar żewġ sulari.

Fuq il-post kien imsejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma iżda sfortunatament huwa
ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud, li ħatar diversi esperti
sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.