Futbol Sport

PSG eliminati b’sorpriża mit-Tazza Franċiża

(Ritratt: EPA)

Iċ-champions Franċiżi Paris Saint-Germain sofrew eliminazzjoni mhux mistennija mit-Tazza Franċiża meta sfaw megħluba f’darhom minn Guingamp 2-1, tim li jinsab fil-qiegħ tal-kampjonat. PSG li għadhom bla telfa fil-kampjonat, rebħu din il-kompetizzjoni fl-aħħar ħames staġuni.

Neymar kien poġġa lit-tim ta’ Thomas Tuchel minn fuq fit-63 minuta, iżda Yeni N’Gbakoto ġab id-draw fil-81 minuta, bit-tifel tal-leġġenda Franċiż Lilian Thuram, Marcus, skorja penalty ieħor fil-ħin miżjud.

Monaco taħt it-tmexxija ta’ Thierry Henry għaddew għas-semifinali meta eliminaw lil Rennes. Benjamin Bourigeaud kien poġġa lil Rennes minn fuq man-nofs siegħa logħob iżda Rony Lopez ġab id-draw fl-54 minuta. Il-logħbiet ġiet deċiża bl-għoti tal-penalties, b’Loic Badiashile jiskorja l-penalty deċiżiv biex Monaco rebħu 8-7. F’logħba oħra, Bordeaux għelbu lil Le Havre 1-0.