“Ommi tifqalgħek snienek.” “Jekk ittini report naħarqek.” “Int LSA ma tikmandax.” “Taħsbek xi alla!”
Dawn huma biss ftit mill-esperjenzi li jgħaddu minnhom l-għalliema u l-LSAs fl-iskejjel tagħna. Stejjer ta’ vera li ġew miġbura f’rapport li ġie prezentat lill-media dalgħodu mill-Union tal-Għalliema (MUT).
Dan l-istħarriġ fost l-għalliema juri fatti xokkanti, hekk kif il-maġġoranza tal-edukaturi – 87 fil-mija – jgħidu li esperjenza attitudni aggressiva fl-iskola.
Minn dawn kien hemm 40 fil-mija li ma rrapurtawx il-każi għaliex qatgħu qalbhom.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>