Net News jista’ jikkonferma li ftit tal-ħin ilu seħħet splużjoni f’Ħaż-Żabbar. Fil-fatt kienu diversi residenti ta’ Triq il-Baħrija illi ċemplu lill-Pulizija għaliex qalu li semgħu l-isplużjoni.
Mill-informazzjoni li għandna iżda, jidher li din kienet ‘blast’ minn borża tal-iskart li ħadet in-nar.
L-aħbar kienet konfermata wkoll mid-Depot, bil-ġurnalisti tagħna fil-post jirrapurtaw li borża tal-iskart ħadet in-nar u eżatt wara instema’ ħoss qawwi. “Għalina kienet qisha splużjoni”, sostnew numru ta’ ġirien.
Fil-post waslu kemm Pulizija kif ukoll suldati tal-EOD.
Dan is-sit jista’ jikkonferma li fil-borża ma’ kien hemm ebda splussiv.
Il-Pulizija xorta se tibqa’ għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>