Lokali

Ġermaniża msawta minn żewġt irġiel li ppruvaw jisirquha

Arkivji

Ġermaniża li sfat vittma ta’ attentat ta’ serqa minn żewġt irġiel, spiċċat l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li sofriet ġrieħi gravi.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsiilejl neqsin għaxra tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq Testaferrata, l-Imsida, meta l-irġiel daru lill-mara u ppruvaw jiħdulha l-basket.

Il-Ġermaniża rreżistiet, u kien hawn li wieħed mill-irġiel taha daqqa ta’ oġġett iebes, qabel ħarbu mill-post. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.