“Għandna nibqgħu nħabbtu l-ideat mingħajr ma nattakkaw personali biex neqirdu l-mibgħeda. Dan għandna nagħmluh sabiex ikollna soċjetà aħjar għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.”
Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta ltaqa’ mal-unjins, il-korpi kostitwiti u l-ġurnalisti.
Adrian Delia Delia saħaq li l-bibien tad-Dar Ċentrali jinsabu dejjem miftuħin biex kontinwament inżommu kuntatt, naqsmu l-ideat u nikkomunikaw man-nies bl-aktar mod effettiv.
Qal li hu dejjem iżomm lilu nnifsu disponibbli għall-ġurnalisti, u biex iwieġeb il-mistoqsijiet tagħhom. Huwa qal li huwa ta’ benefiċċju li fil-pajjiż ikun hawn d-djalogu u d-dibattitu u rringrazzja lill-ġurnalisti għall-irwol importanti tagħhom fid-demokrazija.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-unjins, il-korpi kostitwiti u l-ġurnalisti lkoll jirrappreżentaw lin-nies u għalhekk bħala politiċi għandna l-irwol li nżommu kuntatt kontinwu mal-imsieħba soċjali sabiex nisimgħu l-vuċi tan-nies.
//= $special ?>