Sport Waterpolo

Iffirmat ftehim ta’ tliet snin bejn l-ASA u Eurosport

L-Aquatic Sports Association iffirmat ftehim ta’ tliet snin mal-kumpanija Eurosport Limited. B’dan il-kuntratt, Eurosport se jkunu l-isponsors esklussivi tat-timijiet nazzjonali tal-waterpolo u l-għawm. Dawn id-ditti huma rinomati mad-dinja kollha bħal Arena, Kap7, Turbo, Waterfly, Reebok, Kappa, Max, Jolu VI, Ronhill, Gedo u Adidas. Il-kuntratt ġie ffirmat mill-President tal-ASA Joe Caruana Curran u l-Kordinatur ta’ Eurosport Sport Johann Fenech fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tal-ASA Rita Azzopardi.