L-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Monti temment li s-suq ta’ Marsaxlokk illi jarma kull nhar ta’ Hadd ghandu jibqa’ miftuh sas-6pm.
Is-Sibt li ġej se jsir referendum dwar il-ħin tal-monti, fejn qed jiġi propost li ħin flok jibqa’ sas-6pm, issa jiġi sat-3pm.
Raymond Tabone, f’isem l-assocjazzjoni tal-bejjiegha…tkellem dwar il-laqgħa li kellha ssir il-Ħamis mal-Kunsill Lokali Xlukkajr.
”Aħna pretendejna li qabel ma jieħu id-deċiżjoni jitkellem magħna biex jieħu feedback aħna kif naħsbuha. Hu qal li għandu 80% appoġġ mentri il-feedback tagħna huwa kontra. Il-bejjiegħa ma jridux jibqgħu sat-tlieta.”
Huwa sostna li permezz tal-Monti qed jiġu numru ta’ turisti fil-lokalità ta’ Marsaxlokk, u dan hu ta’ gwadan għal kulħadd.
Raymond Tabone sostna li dan ir-referendum jaf iħalli impatt negattiv fuq il-bejjiegħa.
Ir-referendum tas-Sibt se jsir fost ir-residenti kollha ta’ Marsaxlokk.
//= $special ?>