Ħafna iqisuhom bħala eroj – huma dawn il-Pulizija li bl-abbiltà kbira tagħhom…salvaw ħajja. Azzjoni immedjata u kuraġġuza li waqqfet f’mument kritiku persuna milli tagħmel suwiċidju.
Storja, li d-dettalji dwarha ħarġu fil-programm NET LIVE tal-Erbgħa.
‘Tard waranofsinhar irċivejna telefonata li kien hemm karozza fi stabbiliment ta’ garaxxijiet taħt l-art li bdiet tinstema taħdem iżda l-garaxx kien magħluq. Morna fuq il-post u kif wasalna refawni biex nara x’qed jiġri u rajt affarijiet li minn dak il-ħin tibda taħdem’ – Is-surġent Mark Spiteri
Huwa faħħar l-għajnuna tan-nies ġirien li ċemplu u taw l-assistenza.
Kompla billi qal li appella lin-nies sabiex jagħtuh għodda biex jiftaħ il-bieb u n-nies bdew joħorgu b’kull ħaġa minn ġol-garaxxijiet biex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom.
F’din il-ħidma, is-surgent Spiteri kien flimkien mal-kuntistabbli Etienne Tabone u Carl Pace – li flimkien kienu huma l-eroj ta’ din l-istorja.
Dawn il-pulizija kienu fost dawk li ingħataw unur il-Ħadd li għada f’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana.
//= $special ?>