Futbol Sport

Sampdoria jilħqu ftehim biex jakkwistaw lil Manolo Gabbiadini

Sampdoria mistennija jwettqu akkwist importanti fl-attakk hekk kif laħqu ftehim ma’ Southampton biex jakkwistaw lil Manolo Gabbiadini. Hu mifhum li l-attakkant se jingħaqad mal-Blucerchiati b’self sa tmiem l-istaġun bl-obbligu li jinxtara dan is-sajf għal €12-il miljun.

It-tim tas-Serie A jħallas €500,000 jekk Gabbiadini jilħaq il-mira ta’ gowls dan l-istaġun u €250,000 jekk jikkwalifikaw għall-Ewropa. Gabbiadini mistenni jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin u nofs b’salarju ta’ €1.5 miljun kull staġun.

L-internazzjonali Taljan hu eks plejer ta’ Sampdoria wara li lagħab magħhom bejn l-2013 u l-2015. Hu kien ingħaqad ma’ Southampton mingħand Napoli f’Jannar ta’ sentejn ilu u skorja 12-il- gowl f’60 logħba. Iżda hu lagħab biss darba taħt il-manager il-ġdid Ralph Hassenhuttl u tħalla barra mill-iskwadra fid-draw ta’ 2-2 kontra Derby fl-FA Cup.