STOMPERS………. 43 FALCONS…………. 41
Stompers għelbu lil Falcons b’distakk ta’ żewġ punti fl-ewwel logħba tal-2019 u tal-Me Direct Cup. Il-logħba kienet missielta bl-akbar distakk bejn iż-żewġ timijiet ikun ta’ 14-il punt f’nofs it-tieni taqsima.
Andre Galea poġġa lil Falcons minn fuq wara sitt minuti bl-ewwel try tal-logħba, iżda tmien minuti wara Cerketa ġab id-draw bl-ewwel try għat-tim tiegħu. Ernest Degabriele għamel l-iskor 10-5 bit-tielet try tal-logħba fis-17-il minuta, iżda tliet minuti wara Julian Caruana reġa’ ġab l-iskor indaqs.
Stompers dehru li sofrew daqqa ta’ ħarta fil-25 minuta meta Joseph Cini rċieva l-karta s-safra għal knock-on. Dan wassal biex Andre Galea reġa’ poġġa lil Falcons minn fuq mill-ewwel, bi Brendan Dalton jiskorja l-ewwel conversion tal-logħba u poġġa lil Falcons 17-10 minn fuq.
Iżda reazzjoni immedjata ta’ Stompers wasslet biex minuta wara Cerketa skorja t-tieni try personali u Malcom Attard għamel il-conversion biex l-iskor reġa’ ġie ndaqs għat-tielet darba. Matthew Spiteri poġġa lil Stompers minn fuq għall-ewwel darba fil-logħba bi try fil-31 minuta, iżda qabel tmiem l-ewwel taqsima, huma reġa’ kellhom plejer li rċieva karta safra għal knock-on, din id-darba Dragan Cerketa. Konsegwenza ta’ dan, Falcons daħlu jistrieħu 24-22 minn fuq wara try ta’ Aaron Borg u conversion ta’ Brendan Dalton.
Stompers bdew it-tieni taqsima bl-aħjar mod possibbli u dawru r-riżultat fl-ewwel minuta bi try ta’ Gary Hili u conversion ta’ Richard Gum. Stompers bnew vantaġġ tajjeb għall-ewwel darba fil-logħba fil-50 minuta bi try ta’ Matthew Camilleri u t-tieni conversion konsekuttiva ta’ Richard Gum.
Erba’ minuti wara Martin Barbara naqqas id-distakk għal 36-29 iżda f’nofs it-tieni taqsima d-distakk reġa’ kiber għal 12-il punt bi try ta’ Joseph Cini, b’Richard Gum jagħmilhom 43-29.
Iżda jekk il-logħba dehret mirbuħa u mitmuma, Falcons reġgħu daħlu fil-logħba b’żewġ tries fi ftit minuti. L-ewwel kien Daniel Holliday bi try fis-66 minuta biex fis-70 minuta Ernest Degabriele u conversion ta’ Brendan Dalton naqqsu d-distakk għal 43-41. Iżda Stompers irnexxielhom iwaqqfu l-attakki tal-avversarji għal rebħa importanti.
//= $special ?>