Lokali

Appoġġ għall-ħidma ta’ Adrian Delia – Clyde Puli, Segretarju Ġenerali tal-PN

Wara laqgħat li saru fl-aħħar sigħat, 80% tal-Kumitat Sezzjonali tal-PN diġa’ ddikjaraw l-appoġġ sħiħ tagħhom lejn Adrian Delia.

Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli f’intervista waqt il-programm Indepth, imxandar mill-Malta Independent. Programm li matulu Clyde Puli spjega b’mod ċar kif il-Grupp Parlamentari għaddej b’ħidma ma taqta’ xejn – kif wera fl-aħħar jiem meta ittieħdet deċiżjoni ċara fuq il-kwistjoni ta’ art f’San Ġiljan.

Clyde Puli stqarr kif l-ewwel interess tiegħu huwa l-Partit Nazzjonalista  u ser jibqa’ jgħożż dejjem il-valuri tal-Partit tiegħu. Hu kompla jgħid li il-Partit Nazzjonalista qed jifhem għafejn tilef l-aħħar elezzjoni u qed jaħdem sabiex ma jerġgħux isiru l-istess żbalji.

Kompla jitkellem kif hu u diversi persuni oħra mlaħħqa fil-Partit, l-ewwel li għamlu malli ħadu l-kariga tagħhom fil-Partit Nazzjonalista kienet li naqqsu il-paga tagħhom u hawn hu jikkonferma kemm verament l-interess ewlieni huwa dejjem il-Partit Nazzjonalista.

Hu tkellem ukoll kif il-Kumitat tal-Finanzi tal-Partit Nazzjonalista qed tagħmel minn kollox biex iġġib sistema sostenbbli

Hu faħħar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-ħidma li qed jagħmel sabiex il-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista tkompli titjieb.