Il-Ħamis saret laqgħa bejn il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk u r-rappreżentanti tal-bejjiegħa tal-Monti tal-Ħadd fix-xatt tal-istess lokalità. Dan fid-dawl tal-inizzjativa tal-Kunsill li sejjaħ lir-residenti Xlukkajri sabiex jivvutaw dwar bdil fil-ħin tal-armar tal-Monti tal-Ħadd.
Is-Sibt ix-Xlukkajri se jkunu mistiedna jitfgħu il-vot tagħhom u jiddeċiedu jekk il-Monti ta’ Marsaxlokk jagħlaqx fis-6.00pm kif fil-fatt jagħmel bħalissa, jew jagħlaq fit-tlieta ta’ wara nofsinhar.
Net News tkellem ma’ Raymond Tabone f’isem din l-assoċċjazzjoni wara il-laqgħa mal-Kunsill.
Raymond Tabone qal li l-iskop tal-laqgħa kien li bħala assoċċjazzjoni jkunu jafu l-pożizzjoni tal-Kunsill.
Skont Tabone, il pożizzjoni tal-assoċċjazzjoni tal-bejjiegħa dwar il-bdil fil-ħin hija ċara kontra t-tqassir tal-ħin tal-monti.
Staqsejna lil Tabone għalfejn il-Kunsill qiegħed jipproponi li jiqsar il-ħin tal-armar tal-Monti nhar ta’ Ħadd. Hu qal li l-ħsieb tal-assoċċjazzjoni hi li kien hemm wegħda elettorali il jiżżarma l-monti u li issa qed issir pressjoni biex tinżamm.
Il-vot dwar din il-kwistjoni jittieħed għada is-Sibt u r-riżultat mistenni jkun magħruf aktar tard dakinhar stess hekk kif il-voti se jingħaddu eżatt wara li tgħalaq il-votazzjoni.
//= $special ?>