Lokali Qorti

IL-KAŻ TA’ STUPRU: Iż-żagħżugħ jinstab ħati u jintbagħat 10 snin ħabs

Kommossjoni kbira mill-qraba fl-awla mal-qari tas-sentenza

Instab ħati ż-żagħżugħ illi din il-ġimgħa kien għaddej ġuri fuq każ ta’ stupru, u li ikkorrompa tifla għal 7 snin sħaħ sal-eta’ ta’ 14-il sena.

Fost biki mill-qraba taż-żagħżugħ, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ikkundannat liż-żagħżugħ 10 snin ħabs. Fil-qari tas-sentenza tagħha Scerri Herrera fissret kif fl-aħħar mill-aħħar il-Qorti emmnet il-verżjoni tat-tifla – ċioe’ li ġie stuprata mill-kuġin tagħha.

Il-ġuri kien l-ewwel wieħed ta’ din is-sena, u kien qed isir bla ġurati.

Waqt il-ġuri instema’ kif it-tifla ġiet stuprata fil-“washroom” tan-nanna tagħhom. Dak iż-żmien hi kellha 10 snin u l-kuġin tagħha 17-il sena.

Id-difiża kienet immexxija mill-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Anita Giordmaina.