Terry Farrugia, li ħafna jiftakruh fuq diversi stazzjonijiet tar-radju, ilu għaddej b’battalja kontra l-marda tal-Leukaemia mill-2016.
Terry, li hu missier ta’ żewġt itfal, kien ħa l-ewwel trattament tal-kimoterapija għal dan il-marda kiefra sentejn u nofs ilu. Dan sar biex jitneħħa l-mudullun effettwat mill-marda. Sadanittant bdiet it-tfittxija għal donatur tal-mudullun sabiex jiġi jitnaqqas iċ-ċans ta’ rkaduta, iżda sfortunatament ma nstab l-ebda donatur.
Terry Farrugia għal xi żmien kien għeleb il-marda iżda wara sena l-marda reġgħet tfaċċat. Kien għalhekk li hu kellu jieħu trattament iktar aggressiv sabiex jikkumbatti l-marda u fl-2018 ingħta trattament ta’ kimoterapija u radjuterapija.
L-ewwel riżultati dehru pożittivi ħafna u deher li l-marda kienet ġiet megħluba, iżda erba’ xhur wara, Farrugia reġa’ marad.
Issa jidher l-unika tama għal trattament li fadal għal Terry jinsab fi Houston, Texas u l-kura tiswa madwar €500,000.
Kien għalhekk li l-familja u ħbieb tieghu issa ingħaqdu f’appell lill-pubbliku sabiex jinġabru fondi biex ikopru dan it-trattament.
Min jixtieq jagħmel id-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan permezz ta’ Paypal fuq donations@terrytime.org jew permezz ta’ Bank Transfer –
Terry Time Trust Bank Account,
c/o CSB trustees & fiduciaries ltd
Bank of Valletta PLC
Account number 40025136757
Iban number mt77vall22013000000040025136757
Swift vallmtmt