L-affarijiet għandhom isiru sew. Dak li hu skont il-policies m’għandniex problema bih. Imma fejn m’hemmx pjan lokali, se jsir pjan lokali skont il-proġetti li hemm maħsuba?
Hekk stqarr Sandro Chetcuti, President tal-Assoċċjazzjoni tal-Iżviluppaturi f’Malta meta din il-gimgha kien mistieden fil-programm XTRA.
Sandro Chetcuti kien qed jiddiskuti l-metodu kif qed tiġi amministrata art pubblika, fid-dawl tal-pjan tal-gvern li jagħti art pubblika li tiswa madwar €800 miljun bi prezz ta’ €55 miljun.
Din l-art hija s-suġġett kontroversjali ta’ kuntratt tal-Gvern li jrid ibiegħ l-assi tal-poplu Malti bi prezz ferm u ferm inqas mill-valur attwali tagħha sabiex isir żvilupp. Fil-bidu, l-iżvilupp kellu jkun wieħed iżgħar u għal skop turistiku, iżda iktar tard dan inbidel f’wieħed ta’ 526 appartament li jinkludi appartamenti residenzjali.
L-Oppożizzjoni din il-ġimgħa ddikkjara li ma kienx se tivvota mal-Gvern dwar dan il-kuntratt u talbet li jiġi diskuss b’mod urġenti fl-ewwel plenarja tal-Parlament li se jerġa jiftaħ il-bibien tiegħu nhar it-Tnejn.
Intant Marthese Portelli, Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Proġetti Kapitali, Żvilupp u s-Suq tal-Propjetà waqt il-programm 10Q fuq Net TV qalet li hu obbligu tal-Gvern li jinnegozja l-art tal-poplu Malti b’mod tajjeb.
Marthese Portelli spjegat ukoll kif fil-każ ta’ dan il-proġett, dan l-iżvilupp lanqas biss jista’ jsir skont il-pjan tal-iżvilupp tal-Gvern stess. U huwa għalhekk li n-nies titlef il-fiduċja anke fl-istudji li jsiru mill-Gvern wara li jiġi ppreżentat il-proġett.
L-Oppożizzjoni infurmat lill-Gvern li hi ser tkun qed tivvota kontra din il-proposta fil-Kumitat tal-Verifika.
Dan hu kuntratt ieħor kontroversjali li ġie nnegozzjat mill-Ministru Konrad Mizzi. Kuntratt li ħoloq dubji koroh li l-poplu Malti qed jiġi misruq fid-dawl tax-xemx.
Dan il-kuntratt ġie ppreżentat mill-Gvern bl-għaġġla eżatt qabel il-Milied.
//= $special ?>