Knisja Lokali

L-iżvilupp sostenibbli għandu jiddaħħal fil-portafoll tal-Prim Ministru – il-Kurja

L-iżvilupp sostenibbli għandu jiddaħħal fil-portafoll tal-Prim Ministru biex il-Ministri jkunu aktar iffukati.

Dan qalitu l-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, tal-Kurja tal-Arċisqof, fi tmiem eżerċizzju ta’ konsultazzjoni dwar il-Viżjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli għall-40 sena li ġejjin fil-gżejjer Maltin.

Il-Knisja appellat lill-Gvern biex jagħmel il-parti tiegħu f’dan is-settur għax l-impenn fuq kull livell hu importanti. Appellat għal pjan fit-tul biex tkun attakkata l-kawża tal-kwistjoni u mhux is-sintomu.

Il-Knisja qalet li l-ekonomija ta’ pajjiż ma tistax timxi ‘l quddiem jekk ma jingħatax prijorità lill-ambjent u l-fibra soċjali. Kompliet li hemm bżonn aktar integrazzjoni, filwaqt li tagħraf il-ħtiġijiet li jkunu integrati policies ambjentali, soċjali u anke ekonomiċi.

Il-Knisja appellat għal parteċipazzjoni aktar wiesgħa u għall-parteċipazzjoni miċ-ċttadini għax qalet li dawn huma indispensabbli għal kulħadd.

Fuq kollox id-dokument tal-Knisja pprova jsib soluzzjoni għal dak li ġara fil-passat.

Għaldaqstant, tħoss li d-dokument tal-Gvern għal darb’oħra jassumi li bidla fil-policy tagħti lok awtomatiku għal bidla fl-imġieba.