Kummerċ Lokali

McDonald’s b’kampanja biex jitnaqqas l-użu tal-plastik

Wara li tul Diċembru, iż-żewġ stabbilimenti ta’ Mcdonald’s fil-Belt Valletta u fin-Naxxar nedew kampanja fejn tulha taw straws biss lil min talab waħda speċificikament, issa l-istess skema ġiet introdotta fl-istabbilimenti kollha f’Malta u Għawdex.

L-iskema Straws on Request, jew straws meta mitluba, ġiet imnedija bil-għan li jitnaqqas l-użu ta’ plastik, f’dak-każ permezz ta’ tnaqqis fl-użu tal-istraws fix-xorb tal-luminati.
Xorb ieħor bħal Milkshakes, Smoothies u Frappes se jibqgħu jiġu servuti bl-istraw.

Din l-inizzjattiva hija waħda dinjija fi sforz li sal-2025 jilħqu l-mira ta’ ppakkjar li huwa 100% riċiklabbli u rinnovabbli u sabiex ikun hemm riċiklar ta’ 100% tal-ippakkjar.

Il-General Manager tal-katina tal-istabbilimenti tal-ikel Paul Dragan qal li McDonald’s hu kommess li jsib alternattivi sostenibbli ghall-istraws tal-plastik. Hu kompla jgħid li Malta huwa l-aktar suq reċenti li ntroduċa l-iskema Straws on Request. Hu kompla jgħid li r-reazzjoni tal-klijenti kienet waħda pożittiva ħafna u li jinsab kunfidenti li se jkun hemm tnaqqis fl-użu tal-istraws fl-istabbilimenti lokali.