Ix-xahar li għadda, numru ta’ studenti tal-Malta Self-Defence Academy ipparteċipaw fl-eżamijiet ta’ gradwazzjoni tal-akkademja ta’ Fleur de Lys. Fl-eżami li sar taħt il-gwida ta’ Sifu Mark Spiteri, l-istudenti kellhom l-opportunità li juru t-tekniki differenti li jvarjaw minn numru ta’ blocks, strikes bl-idejn u kicks.
L-istudenti urew ukoll sensiela ta’ movimenti koreografati msejħa tao lu, kif ukoll firxa ta’ applikazzjonijiet realistiċi bħala difiża kontra numru ta’ avversarji. Dawn inkludew difiżi kontra kicks, holds u attakki b’armi.
L-istudenti li kellhom suċċess fl-eżami taghħom huma:
Yellow sash: Kyran Aquilina, Kevin Farrugia
Orange sash: Hugo Borg Plotnikov, Jean Borg Plotnikov, Emma Laudi
Blue sash: Nicole Spiteri
Purple sash: Owen Galea-Bonnici
Din l-akkademja li ilha tispeċjalizza l-aħħar 13-il sena, toffri lezzjonijiet f’arti marzjali ċiniża Mon Lung Kung fu. Din l-iskola ssegwi l-istess tagħlim tal-fundatur Sifu Charles Gaffiero. Il-Malta Self-Defence Academy qed tistieden persuni li huma interessati jibdew jipprattikaw billi jibagħtu email fuq info@maltaselfdefenceacademy.com jew iċemplu fuq 99841134.
//= $special ?>