Kultura Lokali

Esebizzjoni ta’ arti b’differenza f’Dar San Ġużepp

www.youtube.com/watch?v=LkK0-ckm1ME

Esebizzjoni t’arti magħmula minn kartonċin. Hekk ser issib jekk iżżur Dar San Ġużepp f’Santa Venera sa nhar it-Tlieta 15 ta’ Jannar.

Iltqajna ma’ Vincent Borg, l-moħħ wara din l-esebizzjoni fejn spjegalna kif beda jattendi l-iskola ta’ l-Arti, il-Belt, meta rtira mix-xoghol. Qalilna wkoll kif jaffaxxinawh immaġini li m’humiex impittra bħal, muzajk, print making u x-xogħol fl-irħam interzjat. Għandu ġibda lejn l-arti astratta, partikularment lejn dik geometrika.

Matul l-aħħar Sajf ħadem fuq dan proġett bil-ghan li jizviluppa numru ta’ immagini mhux impittra,permezz ta’ kartoncin kulurit. L-erbghin bicca xoghol li pprepara jinsabu esibiti f’Dar San Guzepp, mill-10 sal-15 ta’ Jannar, minnbarra s-Sibt filgħaxija u l-Hadd.

Il-vizitaturi jistgħu japprezzaw kif ġew zviluppati l-immagini astratti u l-potenzjal ta’ dan il-medium partikolari. Bhala student ta’ l-art, l-akbar xewqa ta’ Vincent hija li jiskopri r-reazzjoni ta’ min jara x-xogħol esibit.