Futbol Sport

Ħamrun Spartans jispiċċaw draw f’partita ta’ ħbiberija kontra Monza

(Ritratt: 1912 Monza)

Wara li f’din il-ġimgħa kienu f’pajjiżna, Monza lagħbu partita ta’ ħbiberija fil-Hibernians Stadium kontra Ħamrun Spartans u spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Kienu Ħamrun li marru fil-vantaġġ fl-34 minuta f’azzjoni pjuttost konfuża b’daqqa ta’ ras ta’ Ballet. It-tim ta’ Tedesco rdoppja fil-bidu tat-tieni taqsima b’xutt tajjeb ta’ Njongo Priso.

Il-kowċ ta’ Monza Cristian Brocchi għamel użu mill-plejers kollha u fl-64 minuta naqqsu d-distakk meta Ettore Marchi rebaħ penalty u mill-11-il metru l-istess plejer skorja. Minuta wara Monza ġabu d-draw bid-difensur Lorenzo Adorni jiskorja mir-rebound.

Tags