Għada l-Ħadd iċ-ċkejken Kane Debattista se jmur l-Ingilterra fejn hemmhekk se jagħmel operazzjoni. Kane huwa magħruf ma’ Malta kollha, għax minħabba l-marda tiegħu huwa ġibed il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Kien lejn Settembru li għadda li l-istorja ta’ Kane xterdet ma’ Malta kollha hekk kif il-klabb tal-futbol tal-Floriana appella għall-għajnuna għal Kane u l-familja tiegħu. Iċ-ċkejken Kane, minkejja l-marda tiegħu f’din l-eta’ tenera, xorta waħda dejjem jitbissem, bil-familja tiegħu tgħid li l-kuraġġ tat-tifel jgħin lilhom ukoll f’dan il-mument diffiċli.
Il-familja Debattista tirringrazzja lil Puttinu Cares għall-għajnuna li qed tirċievi kif ukoll lill-poplu Malti tas-sapport f’dan il-mument diffiċli.
//= $special ?>