SANTA LUCIA …………… 7 MARSA ………………………. 1
Santa Lucia: R. Caruana, M. Caruana, N. Spiteri, J. Usaga Mendoza, J. Suda, K. Ante Rosero, B. Paiber (P. Lapira 54’), P. Teixeira Maia, L. Galea, K. Camilleri (J. Magri Overend 54’), N. Borg
Marsa: K. Brincat, S. Vella, L. Friggieri (J. Theuma 63’), S. Camilleri, D. Agius, A. Streti Ali, J. Lovegrove, S. Darmanin, R. Mifsud (Y. Camilleri 53’), S. Zampa (M. Marra 58’), R. Gafa
Referee: Ezekiel Barbara
Wara erba’ draws konsekuttivi Santa Lucia rritornaw għar-rebħ, u għamlu dan bil-kbir hekk kif għamlu ħerba mit-tim tal-qiegħ Marsa f’rebħa ta’ 7-1. Jurgen Suda kien protagonista fejn mhux biss kellu wirja kbira iżda skorja wkoll tripletta.
Għal Marsa l-problemi huma kbar u evidenti u bla dubju t-taqlib kollu li sar f’Jannar jidher li kompla għarraq is-sitwazzjoni li kienet diġà kważi ddisprata. Wara tliet minuti Santa Lucia viċin il-gowl tal-vantaġġ b’xutt bomba ta’ Paiber li stampa mal-mimduda. Santa Lucia kienu għal kollox fuq l-avversarji fl-ewwel fażi, bit-tim ta’ Marsa kostrett jilqa’ lill-avversarji fl-arja tiegħu.
Il-pressjoni ta’ Santa Luciia ħalliet il-frott wara 26 minuta meta minn kross ta’ Suda, kien BRANDON PAIBER li bir-ras mill-viċin xeħet fix-xibka. Santa Lucia komplew jattakkaw hekk kif Marsa dehru f’diffikultà u fit-32 minuta wara azzjoni konfuża fil-kaxxa kien KEVIN ANTE ROSERO li minn qagħda angolata spara fix-xibka.
Fil-35 minuta l-logħba prattikament ingħalqet b’azzjoni poersonali ta’ JURGEN SUDA li dar tajjeb ma’ difensur qabel spara fir-rokna ta’ fuq tax-xibka. L-azzjonijiet komplew ġejjin b’mod regolari u żewġ minuti mill-intervall wasal anki r-raba’ gowl b’azzjoni oħra ta’ Suda li qassam lejn NICK BORG li mill-viċin ma falliex.
Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Santa Lucia skorjaw il-ħames goal meta Kevin Ante Rosero ġie mwaqqa’ fil-kaxxa, ir-referee ordna penalty, iżda ix-xutt mill-11-il metru ta’ Jean Patrick Teixeira Maia ġie salvat minn Keith Brincat, il-ballun ħabat mal-lasta u pront daħal JURGEN SUDA li kkonkluda fix-xibka.
Żewġ minuti wara Santa Lucia skurjaw is-sitt gowl meta NICK BORG għeleb lil Keith Brincat b’xutt mill-isbaħ minn qagħda ideali. Fl-74 minuta Marsa naqqsu l-iskor meta plejer ta’ Santa Lucia mess il-ballun b’idu fil-kaxxa, ir-referee ordna penalty li minnu ALI SRETI ma falliex. Ħames minuti wara Santa Lucia komplew ikabbru l-iskor meta JURGEN SUDA temm azzjoni personali b’xutt fil-baxx li spiċċa fix-xibka.
Naxxar jirbħu b’gowl fl-aħħar sekondi
NAXXAR L. …………. 1 SWIEQI U. ………………… 0
Naxxar: O. Borg, P. Changoon, R. Mercieca, M. Fenech, J. Debono, A. Azzopardi, R. Cassar, J. Ellul, S. Nanapere, B. Essel, S. Meilak
Swieqi: J.C. Debattista, J. Cassar, M. Attard, K. Muscat, K. Sultana (G. Bugeja), M. Vella, G. Calabretta, S. Bugeja, S. Ibrahim (I. Margarit 89’), M. Farrugia, L. Scicluna (J. Scerri 72’).
Referee: Stefan Pace
Gowl ta’ Jurgen Debono fit-92 minuta ta rebħa lil Naxxar Lions, f’logħba kwieta u kultant monotona li forsi r-riżultat ta’ mingħajr gowls kien ikun iktar ġust. B’hekk waslet fi tmiemha s-serje pożittiva ta’ ħames logħbiet ta’ Swieqi li minnhom kisbu tlettax-il punt, u issa ntlaħqu fil-klassifika mill-istess Naxxar li lbieraħ kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva tagħhom.
Kienet azzjoni persistenti ta’ Nanapere fuq ix-xellug li qassam lejn JURGEN DEBONO li minn qagħda diffiċli rnexxielu jsib ix-xibka b’xutt fil-baxx.
Gudja jitilgħu fit-tielet post
SAN ĠWANN …………. 0 GUDJA U. ………………. 1
San Ġwann: M. Mestrovic, J. Azzopardi, R. Zammit, A. Cachia (N. Abouhaisa 71’), A. Borg, G. Zammit (A. Abela 83’), C. Gauci, K. Gatt, S. Hili (J. Tanti 62’), N. Melo Ferreira, G. Henshaw.
Gudja: J. Debono, J. Bondin, M. Attard, J. Lima Siqueira, A. Mizzi, S. Diacono (M. Bonnici 92’), J. Farrugia, L. Cremona (L. Micallef 85’), E. Vella, D. Santos Da Hora (A. Marshall 81’), R. Kooh Sohna
Referee: Daniel Portelli
B’gowl ta’ Jonathan Bondin fl-ewwel taqsima Gudja għelbu lil San Ġwann 1-0 biex qabżu lil Lija u issa jinsabu fit-tielet post tal-klassifika. Kienet logħba ferm missielta, logħba li fiha Gudja ħolqu l-aħjar azzjonijiet anki jekk fil-ħin miżjud u minkejja li bi plejer iktar, kellu jkun il-gowlkiper Debono li wettaq save mirakoluż biex salva r-rebħa.
Għal San Ġwann b’hekk tintemm is-serje pożittiva ta’ tliet rebħiet konsekuttivi. Gudja kellhom iktar mil-logħob fl-ewwel fażi tal-logħba u minkejja li ma mpenjawx lill-gowlkiper Mestrovic, tista’ tgħid li dejjem żammew lill-avversarji taħt pressjoni.
Fit-23 minuta Gudja fetħu l-iskor meta minn free-kick ta’ Jackson Lima, id-difiża ta’ San Gwann dehret maħsuda u statika u daħal tajjeb JONATHAN BONDIN li mattar siequ u xeħet fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.
//= $special ?>