Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ tmienja ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet serqa ġewwa ħanut li jinsab fi Triq il-Linja, Ħ’Attard.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel li kien liebes hoddie u li allegatament kien armat b’arma tan-nar, daħal ġol-ħanut, talab il-flus lill-kaxxiera u ħarab minn fuq il-post.
Waqt din is-serqa kien hemm impjegata ta’ 36 sena residenti Ħaż Żebbuġ. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

