Waqt il-programm Xtra ta’ nhar il-Ħamis imxandar fuq l-istazzjon nazzjonali intweriet grafika tat-torrijiet li qed jinghad illi se jinbnew fuq l-art li se tinbiegħ għal prezz ferm iktar baxx minn dak tas-suq.
Din il-grafika turi l-proposti għall-iżvilupp f’dan il-proġett, fejn jidhru 6 torrijiet għoljin imxerrdin fuq iż-żona f’San Ġiljan. Issa għaddew iktar minn 36 siegħa minn mindu xxandar dan il-filmat bil-grafika u għadha ma waslet l-ebda ċaħda jew kumment mill-grupp Corinthia dwarha.
L-Oppożizzjoni diġa avżat lill-Gvern li se tkun qed tivvota kontra dan il-kuntratt innegozzjat mill-Ministru Konrad Mizzi – kuntratt li ġie ppreżentat fil-Parlament bl-għaġla qabel il-festi tal-Milied.
Kuntratt li bih il-gvern se jkun qed ibigħ art li tiswa iktar minn 800 miljun ewro għal madwar 50 miljun.
//= $special ?>
