Lokali

Adrian Delia fost in-nies ta’ Santa Luċija

Il-Ħadd filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar il-Każin tal-Partit Nazzjonalista ta’ Santa Luċija fejn attenda għar-riċeviment tal-bidu tas-sena.

Hu ntlaqa’ mir-residenti tal-lokalità kif ukoll sab l-okkażjoni jagħti l-awguri għas-sena l-ġdida. Adrian Delia tkellem ma’ dawk preżenti dwar diversi suggetti ta’ interess għalihom fosthom dwar il-lokalità tagħhom ta’ Santa Luċija.

F’diskors tal-okkażjoni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista hija miftuħa għal kulħadd u tenna li l-Partit Nazzjonalista se jerġa’ jkun il-partit tan-nies. Adrian Delia saħaq li hu se jkun qed jitkellem ma’ dawk li ma jaqblux miegħu u mhux jattakkahom.

Preżenti għal din l-attivita’ kien hemm il-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista David Agius u Robert Arrigo, kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Membri Parlamentari kif ukoll diversi membri ta’ kumitati u għaqdiet tal-lokalità ta’ Santa Luċija.