Futbol Sport

Haithem Laamouz u Ralph Decelis fl-14-il programm Sport Extra

Illum mis-6.05pm ‘l quddiem jixxandar l-14-il programm ta’ din is-sensiela Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm, il-mistieden hu l-boxer professjonali Haithem Laamouz li b’karriera mill-aqwa se jerġa’ jkun fl-azzjoni fil-ġimgħat li ġejjin. Laamouz tkellem dwar dak li għadda minnu biex wasal sal-livell professjonali kif ukoll esperjenzi barra pajjiżna.

It-tieni parti hi ddedikata għal bodybuilding fejn flimkien mal-President tal-IFBB Malta Ralph Decelis, se tingħata ħarsa lejn dak li twettaq matul l-2018 u l-aħħar karigi li l-istess Decelis ingħata fi ħdan il-bodybuilding internazzjonali.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Joe Sultana.