Lokali

Iġarrab ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Żagħżugħ mir-Rabat kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident bil-mutur. Il-każ seħħ il-Ħadd filgħodu fit-Triq Giuseppe Garibaldi, fil-Marsa, meta għal xi raġuni mhux magħrufa, is-sewwieq ta’ 29 sena tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li għeleb.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Intant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.