Internazzjonali

Il-Greċja: Tsipras iħejji għal vot ta’ fiduċja fil-Gvern

Il-Prim Ministru Grieg, Alexis Tsipras, beħsiebu jsejjaħ vot ta’ fiduċja fil-Gvern tiegħu wara li telaq l-alleat fil-koalizzjoni – u bir-riżultat li Tsipras, issa, m’għandux maġġoranza fil-Parlament.

Is-sitwazzjoni tqajjem il-possibbiltà ta’ elezzjonijiet qabel iż-żmien fil-Greċja, bil-vot ta’ fiduċja mistenni jsir din il-ġimgħa.

Il-Ministru għad-Difiża Grieg, Panos Kammenos, irriżenja bi protesta għall-ftehim li konkludiet il-kwistjoni twila mal-Maċedonja dwar isimha, filwaqt li qal li ‘kien qed jieħu miegħu lis-sitt ministri l-oħra alleati tiegħu fil-Kabinett’.

Il-Partit Grieg għall-Indipendenza ta’ Kammenos kien tella’ seba’ deputati li kienu biżżejjed biex il-Gvern ta’ Tsipras jaqbeż it-threshold ta’ 150 deputat fil-Parlament ta’ 300 membru.