Żewġ persuni nżammu taħt arrest b’rabta ma’ sejba droga.
Fl-ewwel każ, Olandiż tressaq il-Qorti akkuzat li importa 300 gramma kokaina f’pajjiża bl-intenzjoni li jittrafikaha.
Noordzee Ryan Roberto, ta’ 43 sena, kien arrestat nhar il-Ġimgħa flimkien ma’ żewġ persuna oħra ġewwa lukanda f’Tas-Sliema.
Filwaqt li l-barrani ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, il-Maġistrat Neville Camilleri avżah li b’din id-deċiżjoni qiegħed iħabbat wiċċu ma’ sentenza sostanjali ta’ priġunerija. Madanakollu l-Olandiż insista li huwa kien ħati.
Marbut mal-istess każ, tressaq separatament Josef Mahouachi, żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Fgura. Ir-raġel, li qed jitqies bħala riċediv, caħad li kien fil-pussess tad-droga kokaina bl-intenzjoni li jitraffikaha f’Malta.
Sadanittant il-Qorti ordnat sabiex l-assi taż-żewġt irġiel jiġu friżati b’effett immedjat.
//= $special ?>


