Matul il-lejl, għall-ħabtu tas-1.30, karozza u bieb ta’ residenza nħakmu min-nirien. Il-każ seħħ fi Triq Kortina San Nikola f’Bormla.
Hekk kif in-nies intebħu min-nirien, telqu immedjatament minn fuq il-post u sejħu għall-għajnuna. Fortunatament in-nar ma laħaqx infirex.
Fuq il-post marru pumperia kif ukoll pulizija biex jikkalmaw is-sitwazzjoni.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

