Żagħżugħ mill-Maċedonja ġie kkundannat 18-il xahar priġunerija sospiżi għal 3 snin wara li ammetta li seraq laptop.
Hristijan Slavev tressaq il-Qorti akkużat li lura f’Diċembru seraq il-laptop minn wara l-bar tal-lukanda San Antonio f’San Pawl il-Baħar.
Filwaqt li difiża saħqet li l-akkużat ammetta minn sa mill-bidu, il-Prosekuzzjoni insistiet li huwa ma kkopera xejn waqt l-interrogazzjoni u li m’għandux permess ta’ residenti f’Malta. Il-barrani sostna li m’għandux impjieg f’pajjiżna.
//= $special ?>


