Grupp ta’ Maltin ilhom mill-bieraħ bil-lejl imwaħħlin f’Pariġi wara li t-titjira tal-Air Malta ma telqitx.
It-titjira KM467 tal-Air Malta kellha tasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minn Franza għall-ħabta ta’ nofs il-lejl. Iżda l-passiġġieri ilhom mid-9pm tal-bieraħ jistennew informazzjoni.
“Kellna tliet delays. Is-saga tkompli”, qalet waħda mill-Maltin.
Issa hu mistenni li t-titjira minn Orly tasal Malta fis-6pm.
//= $special ?>