Lokali Parlament

Għal soċjetà b’saħħitha quddiem il-problema tad-droga

Id-deputat Stephen Spiteri

– Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-pajjiż iri ikun impenjat favur soċjetà b’saħħitha quddiem il-problemi tad-droga.

Fil-parlament Stephen Spiteri tkellem dwar il-mediċini li jaħdmu fuq is-sistemi attivi u tal-moħħ u qal li l-abbuż ta’ dawn il-mediċini jista’ joħoloq problemi lill-ġisem u overdose tagħhom tista’ twassal għall-mewt.

Issa l-liġi se tkun tinkludi mediċi ta’ natura sintetika u d-definizzjoni se tkun wiesa’ biżżejjed biex tinkludi sustanzi li qed jinħolqu għall-abbuż b’mod kriminali. Qed naħdmu għal soċjetà b’saħħitha f’dan il-qasam, sostna Stephen Spiteri, li kompla li r-riskji gravi għas-saħħa pubblika u fil-qasam soċjetà jkunu jistgħu jiġu regolati.

Dan għandu jwassal biex jitnaqqsu l-organizzazzjonijiet kriminali li joperaw f’dan is-settur. Hu qal li rridu nwasslu messaġġ b’saħħtu liż-żgħażagħ li l-abbuż tad-droga jġib biss diffikultajiet u enfażizza l-importanza ta’ qafas legali biex jitnaqqas l-abbuż fil-pajjiż; li għandu jiġġieled il-vizzju tad-droga bl-ogħla istituzzjoni – il-parlamnt. Jeħtieġ li s-soċjetà tagħti kas lill-vittmi ta’ din il-problema u għalhekk għandha tissaħħaħ l-istruttura ta’ prevenzjoni fl-isptarijiet fosthom Montè Carmlei