Dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart, seħħ argument fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn hemmhekk sabu raġel ta’ 32 sena minn Ħad-Dingli, f’vettura li kellu xi ġrieħi f’wiċċu.
Jidher li hu kellu argument ma’ raġel ta’ 51 sena minn Birkirkara, li sakemm waslu l-Pulizija laħaq telaq minn
fuq il-post.
Ir-raġel ta’ 32 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifakat li qed isofri
minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Ir-raġel ta’ 51 sena qed jiġi investigat mill-Pulizija.
//= $special ?>