Għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Qormi ddaħħal l-isptar wara li waqa’ fuqu pelletiser, fi Triq il-Feniċi f’Ħal Safi.
Għal xi raġuni ż-żagħżugħ waqa’ minn fuq kontejner waqt li kien qed iħott xi tankijiet u ġie fuq makkinarju tal-ħadid li jintuża fil-ġarr ta’ oġġetti li jkunu tqal.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar għal iktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>