Minn informazzjoni li għadha kif taslilna jidher li għal ħabta tas-18.45, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali.
Jidher li mara li kienet qed issuq karozza tat-tip Toyota IQ direzzjoni lejn il-Marsa, baqgħet dieħla fil-crash barrier. Dan bil-konsegwenza li spiċċat man-naħa l-oħra tat-triq direzzjoni lejn San Ġiljan.
It-triq tinsab miftuħa iżda hemm konġestjoni kbira tat-traffiku.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għal iktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
Iktar informazzjoni hekk kif taslilna
//= $special ?>