Lokali Parlament

L-Oppożizzjoni tibqa’ tħares l-interess nazzjonali quddiem l-immigrazzjoni; il-ħajja tiġi l-ewwel

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara fil-parlament li quddiem l-immigrazzjoni rregolari, l-Oppożizzjoni tibqa’tħares l-interess nazzjonali bil-ħajja tiġi l-ewwel.

Din id-dikjarazzjoni l-Kap tal-Oppożizzjoni għamilha meta kien qed jitkellem fil-parlament wara stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru Joseph Muscat li tkellem dwar l-aħħar kwsitjoni tal-immigrazzjoni rregolari.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta ma kellha rwol fil-ħin meta l-immigranti inġaru fl-ibħra territorjali Libjani miż-żewġ bastimenti. Il-Kummissjoni Ewropea (KE) ikkonfermat li Malta ma kellha responsabbiltà dwar dawn l-immigranti għaliex l-eqreb portijiet kienu t-Tuneżija u l-Italja, li rrifjutaw li jiftħu l-portijiet.

Malta ma kellhiex responsabbiltà iżda meta nqala’ baħar imqalleb Malta offriet biss kenn. L-immigranti ma kienux responsabbiltà ta’ Malta u l-KE bdiet taħdem fuq soluzzjoni Ewropea. Il-pożizzjoni ta’ Malta kienet li bħala ġest pajjiżi tal-UE jieħdu wkoll immigranti li Malta salvat.

Il-Prim Ministru tkellem dwar il-kunċett ta’ solidarjetà u qal li Malta ma injoratx l-aspett uman. Malta offriet evakwazzjoni medika iżda din ma ntalbitx. Kien hemm tmien pajjiżi Ewropej li taw sinjal ta’ solidarjetà. Ħadd mill-immigranti m’hu se jibqa’ Malta.

Il-Prim Ministru qal li kien hemm tfal, ommijiet u missirijiet li bdew jaraw l-art iżda ma setgħux jidħlu iżda Malat riedet assigurazzjoni li Malta ma kinitx se tiftaħ il-portijiet beraħ għal kulħadd. Hu wera turija ta’ apprezzament lejn l-Oppożizzjoni li wriet sens nazzjonali.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Prim Ministru żammu informat b’dak li kien qed iseħħ u qal li kien inħasseb dwar il-ħamest itfal u l-persuni li kienu abbord. Hu kompla li fil-konfront tal-perjodu li jittieħdu biex ċertu pożizzjoni jkunu antiċipati mnn qabel billi jsiru laqgħat mal-Prim Ministru Taljan. Hu rringrazzja lill-entitajiet tal-UE u qal li qed issir pressjoni biex l-UE tpoġġi ‘l fuq fl-aġenda s-sitwazzjoni fil-Mediterran.

Adrian Delia staqsa jekk il-Prim Ministru iddiskutiex is-sitwazzjoni mal-Prim Ministru tal-Libja u dwar is-sitwazjzoni taċ-ċittadini barranin fil-pajjiż. Quddiem l-interess nazzjonali, l-Oppożizzjoni qed tħares is-sigurtà, it-territorju u l-interess nazzjonali fejn il-ħajja tiġi l-ewwel u qabel kollox.

L-umanità li rridu nuru għandu jkun eżempju li jkaxkar. Hu staqsa dwar ir-rwol tal-NGOs fejn jirriżulta li r-rwol tal-NGOs lil hinn l-ibħra territorjali Libjani kien wieħed li salva l-eluf ta’ persuni. Għandu jkun hemm għarfien fejn l-UE għandha titratta b’mod ċar l-għarfien tagħhom fejn dawk liqed isalvaw il-ħajjiet jitħallew joperaw bmod sew waqt li dawk li ma jkunux ikunu kontrollati mill-liġi.

Id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li l-gvern jista’ jieħu approach iktar Ewropew dwar il-control centres u d-disembarkation centres.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qabel mal-gvern fuq il-pożizzjoni legali li ħa fl-aħħr kwistjoni u qal li allaħares ġara xi ħaġa fdak il-baħar għax fuq id-dgħajsa kien hemm it-tfal. Hu staqsa jekk kienx ikun ġest umanitarju kieku l-gvern kien iġib Malta lil dawn it-tfal u l-familjari immedjati tagħhom. Simon Buusttil qal li l-gvern hu korrett fil-mod kif qed jitratta l-NGOS iżda jekk il-gvern hux ikun goff wisq magħhom.

Il-Prim Ministru wieġeb li mal-Italja, Malta għandha relazzjonijiet tajbin u żied li l-Prim Ministru ma jixtieqx li Malta tibqa’ gallarija minħabba s-sitwazzjoni diffiċli fil-Libja anzi jrid li Malta tkun fuq quddiem. Jeħtieġ li jibdew it-titjiriet bi skeda bejn iż-żewġ kapitali u li tinfetaħ mill-ġdid l-ambaxxata Maltija fi Tripli. Din llum m’għadhiex vijabbli fi Tripli minħabba nuqqas ta’ sigurtà. Il-Gvern Malti identifika post fejn l-ambaxxata Maltija tkun rilokata. Hu qal li l-kundizzjoni li fihom jinżammu l-immigranti fil-Libja jridu jitjiebu.

Il-gvern Malti m’għandu l-ebda diffikultà li l-NGOs isalvaw l-immigranti iżda kulħadd irid jimxi mr-regoli. Hu kompla li ma jistax ikun li jkun hemm tiġrija għal min se jsalva lin-nies u kompla li mhux aċċettabbli li vapuri tal-NGOs li jibgħatu l-coordinates tagħhom u d-dgħajjes tal-immigranti jmorru lejhom.

Joseph Muscat qal li l-gvern seta’ għamel ġest umanitarju mat-fal u l-familjari tagħhom iżda ma kienx hemm bżonn evakwazzjoni medika; li kienet isseħħ.