Għawdex Lokali

Maltemp qawwi li qed iħalli ħsarat f’Marsalforn

Diversi ħwienet u residenti f’Marsalforn Għawdex qed ibatu l-konsigwenzi tal-maltemp u r-riħ qawwi li ilu jaħkem ġranet sħaħ, filwaqt li għall-ħames jum l-inħawi tal-pont għadhom bla dawl.

Il-Kunsillieri tal-PN ilhom xhur jagħmlu appelli lil Gvern sabiex tissolva din il-problema ghall-ġid tal-ħaddiema f’dawn ir-restoranti, ir-residenti, it-turisti li jżuru z-zona u s-sajjieda Għawdxin.

Fuq il-media soċjali qed isir appell biex tittieħed azzjoni illum qabel għada.