Manchester City wieġbu għar-rebħa ta’ Liverpool is-Sibt li għadda meta fl-Etihad Stadium għelbu lil Wolves 3-0. B’hekk huma pattew għar-riżultat tal-ewwel rawnd meta kienu spiċċaw 1-1 kontra t-tim promoss.
Huma fetħu l-iskor wara biss 10 minuti meta Aymeric Laporte għadda passaġġ vertikali fil-baxx u fit-tul fl-ispazju lejn Leroy Sane li ltaqa’ mal-ballun biex tefa’ kross mix-xellug lejn Gabriel Jesus, li mill-viċin għeleb lil Rui Patricio f’lasta vojta.
Il-logħba għal Wolves kompliet għat-telgħa meta sfaw jilagħbu b’raġel anqas fid-19-il minuta meta r-referee Craig Pawson wera l-karta l-ħamra diretta lil Willy Boly. Iċ-champions Ingliżi rduppjaw fid-39 minuta meta Ryan Bennett waqqa’ lil Raheem Sterling fil-kaxxa. Mill-11-il metru Gabriel Jesus għeleb lil Patricio għat-tieni darba.
Fit-tieni taqsima, Manchester City komplew jikkontrollaw u jattakkaw u skorjaw it-tielet gowl fit-78 minuta. Kien kross mix-xellug ta’ Kevin de Bruyne indirizzat fil-kaxxa, il-ballun kien imxellef minn Conor Coady u baqa’ dieħel fix-xibka.
//= $special ?>