Futbol Sport

Martin O’Neill qrib li jinħatar manager ta’ Nottingham Forest

Rapporti fl-Ingilterra qed jgħidu li Martin O’Neill mistenni jinħatar il-manager il-ġdid ta’ Nottingham Forest, bid-dettalji finali mistennija jkunu konklużi fis-sigħat li ġejjin. Fost in-negozjati, għad irid jiġi deċiż jekk l-eks assistent ta’ O’Neill mal-Irlanda, Roy Keane, hux se jkun inkluż fit-tim tekniku.

Jekk dawn in-negozjati jagħlqu b’suċċess, dan ikun ritorn għal O’Neill hekk kif fil-karriera tiegħu bħala plejer, hu għen biex Nottingham Forest rebħu l-Ewwel Diviżjoni (il-Premier League tal-lum) u darbtejn it-Tazza taċ-Champions (Champions League tal-lum) fis-snin ta’ glorja taħt it-tmexxija ta’ Brian Clough fit-tmeninijiet.

O’Neill li għandu 66 sena kellu wkoll suċċess bħala manager meta rebaħ darbtejn il-League Cup ma’ Leicester qabel rebaħ serje ta’ unuri ma’ Celtic kif ukoll wassalhom sal-finali tat-Tazza UEFA. Hu ilu ma jmexxi klabb minn meta ħalla lil Sunderland fl-2013 u sussegwentament mexxa lit-tim nazzjonali tal-Irlanda.

Nottingham Forest tilfu 2-0 kontra Reading is-Sibt li għadda u bħalissa jinsabu fid-disa’ post fiċ-Championship, erba’ punti bogħod mill-play-offs.