Lokali

Simone Vella Lenicker eletta bħala President tal-Kamra tal-Periti

Din is-sena l-professjoni qed tiċċelebra 100 sena minn meta ġiet rikonoxxuta f'Malta

Il-Perit Simone Vella Lenicker, laħqet President tal-Kamra tal-Periti wara li ġie fi tmiemu t-terminu tal-Profs. Alex Torpiano.

Vella Linicker ilha 15-il sena sservi f’bosti rwolijiet fi ħdan il-kamra tal-Periti, inkluż bħala Viċi President, Segretarju Onorarju, Editur tal-ġurnal ‘The Architect’, u kif ukoll f’numru ta’ kumitati li kienu jirrapreżentaw il-kamra, inkluż fil-Kunsill Konsultativ tal-Industrija tal-bini (BICC), u kif ukoll fil-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Bord tar-Regolamenti tal-Bini.

Il-Perit Andre Pizzuto laħaq bħala Viċi President tal-kamra tal-Periti.

Il-membri l-oħra huma Amber Wismayer (Segretarju Onorarja), Prof Alex Torpiano, Jeanette Muñoz Abela, Toni Bezzina, Lara Brincat, Gaston Camilleri, Sandro Cini, Ivynne Grixti, Alberto Miceli Farrugia, u Damian Vella Lenicker.