Futbol Sport

Tottenham jinvestigaw allegat każ ta’ razziżmu kontra Heung-Min Son

(Ritratt: EPA)

Tottenham qed jinvestigaw allegazzjoni ta’ razziżmu kontra l-winger Heung-Min Son minn wieħed mill-partitarji tagħhom waqt it-telfa tal-Ħadd kontra Manchester United. Hu mifhum li l-klabb tkellem mal-partitarju li għamel l-allegazzjoni fuq il-media soċjali waqt il-logħba tal-Premier League.

Il-klabb minn Londra se jikkollaboraw mal-partitarju u l-uffiċjali tal-sigurtà tal-istadium biex jippruvaw jidentifikaw il-persuna li allegatament abbużat verbalment lill-internazzjonali mill-Korea ta’ Isfel ta’ 26 sena. Ix-xahar l-ieħor, partitarju ta’ Tottenham li tefa’ qoxra ta’ banana waqt id-derby tat-tramuntana ta’ Londra kontra Arsenal, kien sospiż mill-futbol għal erba’ snin u mmultat.

Raġel ta’ 23 sena jinsab taħt investigazzjoni mill-pulizija wara li kien arrestat b’suspett li uża lingwaġġ anti-semitiku qabel ir-rebħa ta’ Tottenham fuq Chelsea fil-League Cup il-ġimgħa l-oħra. Hu kien wieħed mit-tliet persuni arrestati f’Wembley suspettati.