Basketball Sport

Vincent Pace u Ashley Gray jirbħu l-unur tal-Plejer tax-Xahar għal Diċembru tal-basketball

Vincent Pace ta’ Gżira Athleta u Ashley Gray ta’ Depiro rebħu l-unur tal-Plejer tax-Xahar għal Diċembru fil-kampjonat tal-irġiel u tan-nisa rispettivament.

Pace li jilgħab bħala guard u oriġinarjament hu minn New Jersey, kiseb total impressjonanti ta’ 102 punt matul Diċembru. Il-plejer ta’ 22 sena li hu twil sitt piedi u sitt pulzieri, kellu medja sorprendenti ta’ 48% mil-linja tat-three pointers bi 15-il konklużjoni minn 31 tentattiv. Hu kellu wkoll 72% suċċess mill-kamp u 63% suċċess mil-linja tal-free-throw.

L-Amerikana ta’ Depiro, Ashley Gray, rebħet l-unur mill-kampjonat tan-nisa. Gray li wkoll għandha 22 sena hi minn Seattle u matul Diċembru kisbet 66 punt. Hi twila sitt piedi u pulzier u kellha medja ta’ 11.09 rebounds f’kull logħba li lagħbet f’dan l-istaġun.