Il-ftehim iffirmat bejn Steward Healthcare u Vitals Global Healthcare, li jittrasferixxi l-konċessjoni ta’ tliet sptarijiet pubbliċi, s’issa inzamm moħbi mill-pubbliku.
Iżda informazzjoni ġdida ppubblikata minn The Shift News żvelat għall-ewwel darba d-dettalji ta’ dan id-deal…u serje ta’ stejjer li jispjegaw x’jgħid dan il-ftehim kontroversjali u s-sidien moħbija tiegħu.
Il-ftehim juri li Steward Healthcare xtrat il-Vitals ghal ewro wiehed biss…filwaqt li s-sidien vera li baqghu moħbija wara l-VGH tħallsu l-miljuni ta’ ewro.
Dawn il-ħlasijiet inkludew €1.4 miljun lil kumpannija misterjuża ta’ Dubai, u kważi żewġ miljuni oħra lil individwu li qabel ma kienx magħruf bħala parti mill-bejgħ ta’ Steward.
Is-sidien reali ta’ Vitals inħbew wara kumpaniji f’Jersey – skont dak li qed jiġi żvelat, dawn is-sidien xorbu lil Vitals miljuni kbar, ħadu ammonti kbar mill-commissions, sakemm fl-aħħar biegħuha għal ewro lil Steward.
Is-sit ifakkar li Vitals kellhom jinvestu 200 miljun biex ħadu il-konċessjoni oriġinali. Mhux talli ma ħarġux dawn il-flus, iżda ingħataw aktar fondi.
Hawn Shift News isaqsu…. jekk il-VGH ma setgħux jiġġeneraw il-200 miljun, għaliex ingħataw aktar minn €50 miljun fi flus mit-taxxi tal-poplu?
L-artiklu jkompli billi jgħid li dwar dan il-kuntratt għad hemm misteri kbar, li l-poplu Malta għadu jistaqsi… u li ħaqqu jkun jaf x’sar mill-flus li innegozja bihom Konrad Mizzi, dak iż-żmien Ministru tas-Saħħa.
Intant it-Tlieta se tkompli l-kawża kontra l-Vitals li fetaħ il-Kap tal-PN Adrian Delia. Kemm il-Prim Ministru, kif ukoll l-Avukat Ġenerali u d-Dipartiment tal-Artijiet, provaw iwaqqfu din il-kawża li nfetħet mill-Kap tal-Oppożizzjoni, madanakollu l-Imħallef Silvio Meli kien qal li din il-kawża hija ta’ importanza kbira.
//= $special ?>