Emanuel Grech (ritratt), ħaddiem u missier ta’ żewġt itfal, dalgħodu tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari f’xaft ta’ kumpless kummerċjali fil-Ħamrun.
Il-vittma, ta’ 65 sena u li joqgħod Ħaż-Żebbuġ, miet fil-post. Rapporti fil-post bdew jgħidu li mar-raġel kienu qed jaħdmu wkoll żewġ qraba tiegħu, aktarx uliedu Davide u Matthew.
Emanuel Grech, li hu wkoll nannu, kien qed qed jgħin lil wieħed minn uliedu billi jġorrlu xi materjal relatat mat-tqegħid tal-madum meta waqa’ f’bokka ta’ lift parti minn supermarket li għadu se jiftaħ.
Dwar il-każ għaddejja Inkjesta mill-Maġistrat tal-għassa Doreen Clarke, b’aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Għassa tal-Ħamrun.
Infetħet ukoll Inkjesta separata mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fil-Post tax-Xogħol.
//= $special ?>