Lokali

Arrestat fuq suspett li wettaq diversi serqiet

Raġel ta’ 47 sena ġie arrestat mill-Pulizija wara ħidma u osservazzjoni li kien qed jagħmel id-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali flimkien mal-Pulizija tad-distrett ta’ Tas-Sliema.

Ir-raġel ġie arrestat fuq suspett li kien involut f’diversi serqiet minn stabbilimenti u lukandi fil-Gżira, Tas-Sliema u l-Ħamrun.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti iktar tard illum quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.