Lokali

Bulgaru mfittex fl-Ewropa arrestat f’Malta

Bulgaru ta’ 30 sena ġie arrestat f’pajjiżna wara jiem ta’ osservazzjoni mill-iskwarda tal-Criminal Intelligence Unit tal-Pulizija.

Ir-raġel ġie arrestat fuq bażi ta’ mandat ta’arrest Ewropew maħruġ għalih. Hu kien imfittex f’pajjiżu fuq diversi reati, fosthom ħsara u distruzzjoni ta’ propjetà, ġrieħil lil terzi persuni, u ksur tal-ordni pubblikaa.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.